Divertiment
Skont x'qed tfittex mill-btala tiegħek - li tirrilassa u tieħu ftit pjaċir, jew ħafna pjaċir - dan jiddependi biss minn kemm għandek żmien. L-opportunitajiet ta' tgawdija offruti minn din il-gżira żgħira qatt ma huma neqsin.
Kemm jekk inti tip ta' persuna li tħobb tqatta' nofs ta' nhari tixxemmex maġenb xi pixxina jew inkella persuna li tħobb tmur għal mixjiet twal biex tara x-xemx nieżla, Malta tista' toffrilek dan u ħafna aktar b'aċċess faċli.
Għal dawk li jridu jqattgħu l-ħin fix-xiri, Malta toffri xiri ta' klassi mondjali, minn ornamenti bħala tifkira taż-żjara tiegħek, sa ħwejjeġ lussużi bi prezzijiet raġonevoli. Iċ-ċinema, it-teatru, kunċerti, ġurnata ħdejn il-baħar jew f'xi pixxina, mixja fil-kampanja jew passiġġata fuq il-promenade ... l-aktar ħaġa diffiċli f'dan kollu hija li tiddeċiedi x'ser tagħmel!