This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Il-Milied huwa għal qalbna ħafna! Aħna niċċelebraw iż-żmien maġiku tal-Milied b'serje ta' avvenimenti li huma addattati ħafna għal dan il-perjodu speċjali u ferrieħi. Billi Malta hija nazzjon bi predominanza Kattolika, il-Quddiesa tradizzjonali ta' Nofs il-Lejl, li ssir f'kull lokalità, hija funzjoni reliġjuża li hija mnaqqxa fil-kultura Maltija.
It-toroq armati bit-tiżjin u d-dwal tal-Milied u l-għanjiet ferrieħa tal-Milied li joħorġu mill-ispikers jgħinuk tidħol fl-ispirtu festiv ta' dan iż-żmien.
Fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann fil-Belt Valletta jittella' servizz speċjali li jkun komplut bil-kant tal-għanjiet tal-Milied fid-dawl tax-xemgħa. Matul iż-żmien tal-avvent, bosta parroċċi madwar il-gżejjer jiġu ttrasformati b'mod pjaċevoli bil-fjuri u l-presepji tan-natività li jżejnuhom. L-altari jiżżejnu bil-fjuri, filwaqt li l-ħitan u l-kolonni jintramaw b'damask aħmar li jagħti dehra mill-isbaħ. Il-knejjes kollha għandhom kalendarju ta' avvenimenti li jvarjaw minn purċissjonijiet għall-kant tal-għanjiet tal-Milied mit-tfal.
Matul dan iż-żmien stenna wkoll l-ikel, ħafna u ħafna ikel tajjeb, karatteristika tipika tal-kultura Maltija. Żmien il-Milied jara ristoranti rinomati jeċċellaw f'dak li jispeċjalizzaw fih billi jippreżentawlek taħlita diversa ta' platti tradizzjonali Maltin mill-aktar delizzjużi. Tinsiex id-dwal!! Id-dwal issibhom kullimkien, iteptpu fit-twieqi tad-djar Maltin, fit-toroq u tista' tgħid kullimkien - aħna ndendlu d-dwal kull fejn nistgħu.
Iżda ejja ma nintilfux biss fit-tlellix u ninjoraw it-tradizzjonijiet reliġjużi u l-folklor - li tabilħaqq jiġu ċċelebrati u mmanifestati bil-kbir f'aktar minn 460 knisja madwar Malta u Għawdex. Jekk dan mhuwiex biżżejjed, stenna li tara wkoll xeni ħajjin tan-natività kompluti bil-baqra u l-ħmara.
Fl-aħħarnett, ma nistgħux ninsew insemmu l-pantomima tal-Milied, li tkun mistennija ħafna mill-Maltin u li għaliha jattendu bi ħġarhom. Din il-produzzjoni teatrali speċifika tittella' f'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, bl-aktar waħda popolari ssir bejn il-ħitan maestużi tat-Teatru Manoel fil-Belt Valletta.
Bl-attivitajiet kollha li tista' tagħmel u l-minjiera ta' affarijiet li għandek x'tara, l-unika problema li ser ikollok hija li tipprova tattendi kulma inkludejt fl-iskeda tiegħek.