This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Intom koppja u qegħdin tfittxu l-btala romantika perfetta għat-tnejn li intom weħidkom? Minn bajjiet eżotiċi sal-isfond romantiku tal-Port il-Kbir, Malta hija mimlija b'sigrieti u misteri li qegħdin jistennew li jiġu esplorati.
Jekk tieħu gost iddur il-mużewijiet, il-wirjiet tal-arti u tara l-arkitettura barokka, mela allura l-Belt Valletta għandha dan kollu u ħafna aktar. Din il-belt maestuża, li hija mimlija postijiet b'veduti intensi, ġonna trankwilli u storja mimlija daqs bajda dwar ir-ruħ ta' din il-belt storika, bla dubju tgħin sabiex toħloq l-isfond u l-burdata għal ikla romantika f'waħda mit-toroq dojoq tagħha taħt id-dawl tal-qamar. Hawnhekk għandek issib xelta wiesgħa ta' ħwienet tal-inbid f'bini medjevali, ristoranti lussużi u moderni jħarsu lejn il-pjazez imdawlin u saħansitra ammont ġmielu ta' ristoranti aktar imwarrbin, li ġeneralment ikunu ppakkjati b'Maltin li tassew huma dilettanti tal-ikel.
Jekk tixtieq tirrilassa permezz ta' btala trankwilla fi spa, Tas-Sliema għandha bosta spas u lukandi ta' ħames stilel fejn tista' tistrieħ u terġa' ssib lilek innifsek. Bi ħwienet tax-xorb eleganti u ristoranti li jservu ikel fin, kollha max-xatt u qrib ħafna ta' xulxin, tista' tqatta' aktar ħin mal-maħbub jew maħbuba tiegħek tippassiġġaw tul il-promenade ta' din il-lokalità turistika.
Min-naħa tagħha, il-gżira Għawdxija ma tagħmilx għajb lill-oħtha Malta, billi hija wkoll għandha ħafna x'toffri. B'ammont imdaqqas ta' lukandi ta' ħames stilel u rziezet lussużi, tista' taħrab mill-istorbju u l-ġenn ta' Malta sabiex tirrilassa u tistrieħ fil-kampanja Għawdxija. Il-gżira hija rinomata għall-effett ta' kalma u rilassament li tħalli fuq dawk li jogħġobhom iżuruha, tant li bħal donnha tneħħilhom is-snin minn fuqhom.
Għal dawk fostkom li huma xi ftit aktar estravaganti, huwa faċli li wieħed jirkeb fuq jott u jaħrab ħarba sal-blue lagoon jew lejn xi port ieħor f'Malta. Tista' tirkeb fuq waħda mid-dgħajjes tal-passiġġieri li jitilqu mix-xatt ta' Tas-Sliema u tul il-Port il-Kbir. Dawk li huma saħansitra aktar avventurużi jistgħu jikru dgħajjes bil-qlugħ jew speedboats u jsuquhom huma stess.
Kemm jekk waqt inżul ix-xemx fl-Imdina, ikla romantika fil-Bajja ta' Spinola jew barbikju filgħaxija fuq bajja ramlija, tista' taċċerta ruħek li l-Gżejjer Maltin mhumiex ser jiddiżappuntawk.