This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Ma tafx x'ser tagħmel waqt il-btala tiegħek f'Malta? Aħna għandna s-soluzzjoni perfetta għalik.
Kemm jekk qed tivvjaġġa għal btala romantika, vjaġġ mal-familja jew biex togħdos fl-ibħra tal-Gżejjer Maltin, aħna ħejjejna sezzjoni speċjali apposta għalik.
Titlifx ħin fuq ir-riċerka u l-ippjanar estensivi. Uża din is-sezzjoni sabiex tiffoka fuq dak li tixtieq tagħmel u tkun tista' tassew tirrilassa waqt il-btala tiegħek. B'ħafna ideat għal attivitajiet li jsiru fuq barra, il-postijiet li tista' żżur fil-Gżejjer Maltin, l-arti u d-divertiment, ċertament hemm ħafna attivitajiet eċċitanti li bihom tista' timla l-btala tiegħek.
B'suġġerimenti dwar kif tista' tagħmel il-vjaġġ tiegħek lejn Malta kemm jista' jkun pjaċevoli, aħna qegħdin nippreżentawlek firxa ta' gwidi biex ngħinuk tagħmel il-btala tiegħek aktar speċjali.