Il-Belt Valletta - Kapitali tal-Kultura 2018
Fit-13 ta' Ottubru 2012, tħabbar li l-Belt Valletta ntgħażlet bħala L-Belt Ewropea tal-Kultura għall-2018. Dan it-titolu prestiġjuż jirrifletti l-wirt kulturali inkredibbilment rikk ta' dan il-kapolavur tal-era Barokka.
Il-Fondazzjoni Valletta 2018 twaqqfet sabiex tmexxi s-sottomissjoni ta' Malta, li eventwalment intgħażlet, u kienet din l-organizzazzjoni li ħolqot il-viżjoni ambizzjuża għall-Belt Valletta fl-2018. Il-viżjoni hija bbażata fuq erba' elementi tematiċi: Ġenerazzjonijiet, Rotot, Bliet u Gżejjer. Matul l-2018, il-Belt Valletta ser tkun qiegħda torganizza għadd ta' avvenimenti li għandhom iservu bħala ispirazzjoni għal bliet oħrajn abbażi ta' dawn l-elementi.
Żur is-sit http://www.valletta2018.org għal aktar tagħrif dwar is-sottomissjoni, kif ukoll dwar l-avvenimenti u l-attivitajiet li ser ikunu qegħdin jiġu organizzati.