L-Air Malta Cargo Systems and Transhipment Centre jipprovdi servizzi ta' Merkanzija fit-Terminal ta' Malta 24 siegħa kuljum u joffri faċilitajiet ta':
- Ħażna (Importazzjoni/Esportazzjoni/Courier)
- Trażbord
- Approvazzjoni doganali
- Servizz ta' kaxxier
- Ġbir ta' Ħlasijiet
- Ħruġ ta' biljetti ta' kunsinna bl-ajru
- Rintraċċar u Traċċar
Il-Maħżen tal-Merkanzija huwa mgħammar b'tagħmir modern tal-ogħla livell teknoloġiku li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u li jista' jimmaniġġja merkanzija f'massa jew f'unitajiet.
Il-faċilitajiet jinkludu:
- Kamra mortwarja għall-Ħażna/Rilaxx ta' Fdalijiet Umani
- Kamra mkessħa b'temperatura stabbilita ta' +2 sa + 4 gradi Celsius
- Sistemi b'rombli għall-Pelits tal-Ajruplani bi Pjattaforma Idrawlika.
- Sorveljanza tas-sigurtà 24 siegħa kuljum b'kameras CCTV.
Approvazzjonijiet barra mill-ħinijiet tal-uffiċċju jistgħu jsiru fuq talba u b'notifika minn qabel lill-Air Malta permezz ta' email fl-indirizz: [email protected]
Standards tas-Servizz:
L-ipproċessar ta' dokumenti ta' merkanzija għall-Approvazzjoni Doganali: sagħtejn mill-wasla attwali tat-titjira; Rilaxxi - 4 siegħat mill-wasla attwali tat-titjira (soġġett għad-disponibbiltà tad-dwana)
Ser tingħata prijorità lil: Gazzetti, Mediċini urġenti, Oġġetti li jitħassru malajr, Fdalijiet Umani, annimali ħajjin, Posta Diplomatika u, f'ċerti każijiet urġenti, spare parts tal-vapuri.
Għal aktar dettalji u għal tagħrif dwar it-tariffi tal-immaniġġjar fl-Imħażen, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:
CargoSystems Terminal Services
Tel : +356 2395 1138
E-mail: [email protected]