- Billi jipparteċipa fil-Flypass Frequent Flyer Programme tal-Air Malta, kull membru tal-Flypass ikun qed jaqbel b'mod sħiħ u mhux kondizzjonali u jaċċetta dawn it-Termini u Kundizzjonijiet. Dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet u r-relazzjoni bejn l-Air Malta (kumpanija rreġistrata f'Malta - C-2685) u kull membru tal-Flypass tal-Air Malta huma rregolati mil-liġijiet ta' Malta. Kwalunkwe tilwima, kontroversja jew klejm li tirriżulta minn jew b'rabta ma' dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet għandha tkun soġġetta esklussivament għall-ġurisdizzjoni tal-Qrati ta' Malta.
- Il-Flypass tal-Air Malta huwa miftuħ għas-sħubija għal kwalunkwe persuna ta' 18-il sena 'jew aktar.
- Kumpaniji jew entitajiet legali oħrajn ma jistgħux jiġu rreġistrati bħala membri.
- Biex jipparteċipaw fil-Programm Flypass tal-Air Malta, il-passiġġieri jridu jissottomettu formola tal-applikazzjoni mimlija lill-Air Malta li tiġi rikonoxxuta, fejn jindikaw l-aċċettazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet kif indikati hawnhekk.
- Ladarba d-detentur tal-kard ikun akkumula 10,000 KMiles fi żmien 12-il xahar kalendarju (minn Jannar sa Diċembru) permezz ta' attività tal-ivvjaġġar fuq servizzi skedati u operati mill-Air Malta, tintbagħat kard permanenti tal-Flypass. Il-benefiċċji tal-Flypass Permanent Card ser ikunu validi bil-kundizzjoni li l-kont tal-Flypass jibqa' miftuħ.
- Skadenza tal-mili. Kwalunkwe mil mhux mifdi fi żmien 24 xahar mid-data ta’ akkumulazzjoni (data tat-titjira, data tal-bonus jew KMiles tal-Imsieħba) ser jiskadi fl-aħħar ta’ dak it-trimestru (eż. il-mili li jiskadu f’Awwissu ta' kwalunkwe sena partikolari jiskadu fl-aħħar ta’ Settembru ta’ dik l-istess sena). Id-detenturi ta’ kard Permanenti jew Diamond huma eżentati mill-kundizzjoni tal-iskadenza tal-mili. Biex tiċċekkja jekk għandekx KMiles li ser jiskadu, tista’ tara l-kont tal-Flypass tiegħek online jew tista’ tikkuntattja lil Flypass fuq in-numru tat-telefown (+356) 2299 9660. Il-membru għandu r-responsabbiltà li jiċċekkja d-data ta’ skadenza tal-Kmiles.
- Il-validità tal-kont tal-Flypass. Jekk membru ma jkollux mill-inqas akkumulazzjoni waħda tal-KMiles fi żmien sentejn mid-data tal-aħħar attività, il-kont tal-Flypass jingħalaq u l-KMiles li ma jintużawx jintilfu awtomatikament. Wara perjodu ta' erbgħa u għoxrin (24) xahar, li matulu l-membru ma jivvjaġġax mal-Air Malta jew mal-Imsieħba tal-Programm, il-Kumpanija tirriserva d-dritt li tagħlaq il-kont u tħassar il-KMiles fil-kont. Ir-regola tal-validità tal-kont tal-Flypass tapplika għad-detenturi kollha tal-Flypass; inklużi d-detenturi ta' kards Temporanji, Permanenti, Permanenti Plus u Diamond. Kwalunkwe kont magħluq tal-Flypass jista’ jiġi riattivat soġġett għal dan li ġej:
- fl-istadju tar-riattivazzjoni, il-kont ikollu status temporanju;
- il-bonus tal-KMiles m’għandux jiġi kkreditat; u
- kwalunkwe livell ta’ grad tal-Flypass bħal status Permanent, Permanent Plus u Diamond ma jiġix imġedded meta l-kont tal-Flypass jiġi riattivat.
- Id-detentur tal-kard għandu jitlob lill-membri tal-persunal taċ-check-in biex jirreġistraw il-punti għall-vjaġġ. Jekk id-detentur tal-kard jissuspetta li l-KMiles ma ġewx miżjuda fil-kont tiegħu, huwa għandu jikkuntattja lit-Taqsima tal-Flypass tal-Air Malta f'Malta. Id-detentur tal-kard għandu jżomm il-biljett u d-dokument tal-imbarkazzjoni tiegħu bħala dokumentazzjoni.
- Tista' tiġi rreġistrata persuna waħda biss għal kull kont tal-Flypass. Is-sħubija hija strettament personali. F'każ ta' abbuż, is-sħubija fil-Flypass tal-Air Malta tiġi kkanċellata u l-KMiles kollha li jiġu akkumulati jitħassru.
- Il-KMiles mhumiex trasferibbli għal kontijiet oħrajnħlief biex tittoppja kont ieħor għall-iskop uniku ta’ tisrif ta’ premju Standard jew Upgrade minn tali kont ieħor. Mhux se jingħata kreditu retroattiv għal titjiriet meħuda qabel ir-reġistrazzjoni. Il-KMiles mhumiex negozjabbli u ma jistgħux jiġu jissarrfu fi flus. Ikklikkja hawn għal spjegazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kreditu retroattiv.
- Il-KMiles jingħataw lill-membri biss kont is-segment tat-titjira, il-kategorija tas-servizz u t-tip ta' noll.
- Jekk id-detentur tal-kard jaqbel, il-KMiles li jissarrfu fi premjijiet ta' titjiriet mill-kont tiegħu, dawn ikunu jistgħu jintużaw minn membri oħrajn tal-familja jew minn individwi li l-membru jkollu relazzjoni mill-qrib magħhom, pereżempju ħbieb u qraba. Il-KMiles ma jistgħux jintużaw flimkien ma' KMiles minn kontijiet oħrajn.
- Dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet jistgħu jinbidlu fi kwalunkwe ħin mill-Air Malta, b'notifika jew mingħajr ebda notifika. L-Air Malta ma għandhiex tinżamm responsabbli għal kwalunkwe telf jew dannu li jista' jirriżulta minn tali tibdil.
- L-Air Malta ser tagħmel ħilitha biex tassigura d-disponibbiltà tal-prodotti u s-servizzi pprovduti mill-imsieħba, iżda ma għandhiex tinżamm responsabbli għal kwalunkwe telf jew dannu li jirriżulta min-nuqqas tal-imsieħba li jipprovdu tali prodotti jew servizzi. Fejn membru juża l-prodotti u/jew is-servizzi pprovduti minn imsieħeb, japplikaw it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom (jiġifieri dawk tal-imsieħba) u l-Air Malta ma tinżammx responsabbli għal kwalunkwe telf jew dannu.
- Prenotazzjoni għal għoti ta' noll b'xejn tista' ssir bejn 7 u 45 jum mid-data tal-vjaġġ. Jekk it-talba għall-għoti ssir fl-aħħar 7 ijiem qabel it-tluq, tapplika tariffa addizzjonali ta' € 30.00 għall-ipproċessar malajr għal kull persuna. Tapplika tariffa ta' € 30.00 għall-prenotazzjoni bil-quddiem għal kull għotja meta l-għoti ta' noll b'xejn jiġi bbukkjat bejn 45 jum u 6 xhur mid-data tal-vjaġġ. Kwalunkwe taxxa applikabbli trid titħallas mal-ħruġ tal-biljett.
- L-għotjiet kollha huma soġġetti għad-disponibbiltà. Is-servizzi lejn id-destinazzjonijiet huma soġġetti għal tibdil operattiv b'notifika jew mingħajr notifika minn qabel.
- Kwalunkwe obbligazzjoni ta' taxxa li tirriżulta mill-benefiċċji rċevuti mill-programm tal-Flypass tal-Air Malta hija r-responsabbiltà biss tad-detentur tal-kard.
- F'każ ta' bdil tal-biljett, inti għandek tikkuntattja lill-uffiċċju tal-Flypass qabel ma taffettwa l-bidliet. Ser tapplika tariffa għall-prenotazzjoni mill-ġdid ta' EUR30 għal kull bidla. Fil-każ ta' prenotazzjoni mill-ġdid għal titjiriet imtejba għal Business Class, għandhom jibqgħu fis-seħħ il-kundizzjonijiet tal-biljett ekonomiku oriġinali.
- Meta tapplika għas-sħubija, il-persuna kkonċernata tawtorizza lill-Air Malta biex tuża kwalunkwe informazzjoni maħżuna relatata mas-sħubija tagħha għall-iskopijiet tagħha ta' promozzjoni u komunikazzjoni.
- Il-membri għandhom dejjem jippreżentaw il-kards tas-sħubija tagħhom fil-punti ta' imbarkazzjoni kollha tal-Air Malta, speċjalment meta jgħaddu miċ-check-in.
- L-Air Malta tirriserva d-dritt (fid-diskrezzjoni assoluta tagħha) li tittermina l-Programm tal-Flypass Frequent Flyer fi kwalunkwe ħin u tbiddlu ma' programm ieħor, kif ukoll li tittermina l-kuntratti tas-sħubija b'notifika ta' mill-anqas 180 jum minn qabel lill-membri tal-Flypass (tali notifika għandha titqies bħala li ngħatat b'mod suffiċjenti meta titqiegħed fuq is-sit elettroniku). Ma' tali terminazzjoni jew sostituzzjoni (skont liema tiġi l-ewwel) il-KMiles kollha akkumulati mid-detentur tal-kard għandhom jitħassru awtomatikament. L-Air Malta ma għandhiex tinżamm responsabbli għal kwalunkwe telf jew dannu li jirriżulta b'xi mod minn tali terminazzjoni jew sostituzzjoni.
- Jekk il-verżjoni bl-Ingliż tat-Termini u l-Kundizzjonijiet ma taqbilx ma' verżjonijiet b'lingwi oħrajn, għandha tipprevali l-verżjoni bl-Ingliż.
- In-nuqqas tal-Air Malta milli teżerċita jew tinforza kwalunkwe dritt imsemmi hawnhekk ma għandux jitqies bħala rinunzja għalih u lanqas ma għandu jaffettwa d-dritt tal-Air Malta li tieħu kwalunkwe azzjoni sussegwenti fir-rigward ta' dak id-dritt jew ta' kwalunkwe dritt ieħor.
- Jekk xi qorti jew korp amministrattiv ta' ġurisdizzjoni kompetenti jsib xi dispożizzjoni ta' dawn it-Termini u Kundizzjonijiet bħala invalida jew li ma tistax tiġi infurzata, l-invalidità jew in-nuqqas ta' inforzabilità ta' dik id-dispożizzjoni m'għandhiex taffettwa d-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dawn it-Termini u Kundizzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet kollha li ma jkunux affettwati minn tali invalidità jew nuqqas ta' inforzabilità għandhom jibqgħu fis-seħħ għal kollox.
- Dawn it-Termini u Kundizzjonijiet jikkostitwixxu l-ftehim u l-fehim sħiħ ta' Air Malta u membru fir-rigward tal-programm Flypass tal-Air Malta u jieħdu post ir-rappreżentazzjonijiet miktuba jew verbali, il-ftehimiet jew il-fehimiet preċedenti kollha bejniethom dwar is-suġġett ta' dawn it-Termini u Kundizzjonijiet, għajr kwalunkwe rappreżentazzjoni ħażina frodulenti magħmula minn waħda mill-partijiet biex tħajjar lill-parti l-oħra tidħol f'dawn it-Termini u Kundizzjonijiet.
- L-Air Malta m'għandha tkun responsabbli għall-ebda membru jew nominat jew sieħeb għat-telf, dannu jew spejjeż konsegwenzjali ta' kwalunkwe tip li jirriżultaw minn jew b'rabta mal-programm Flypass tal-Air Malta, l-għoti jew ir-rifjut tal-għoti ta' kwalunkwe benefiċċji, u għotjiet u l-użu tal-għotjiet, sew jekk dan it-telf, dannu jew spejjeż ikunu kkawżati minn traskuraġni jew mod ieħor, kif ukoll jekk l-Air Malta jkollha xi kontroll fuq iċ-ċirkustanzi li jwasslu għall-klejm jew le.
- Soġġett għall-Klawsola 28 hawn fuq u kwalunkwe limitazzjoni applikabbli skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-Konvenzjonijiet Internazzjonali applikabbli u skont il-kundizzjonijiet tal-ġarr tat-trasportatur, ir-responsabbiltà tal-Air Malta f'kuntratt, tort jew mod ieħor fir-rigward ta' atti jew ommissjonijiet skont il-programm Flypass tal-Air Malta, li jinkludi l-proviżjon u l-użu tal-għotjiet, għandha tkun limitata għall-kreditu mill-ġdid tal-valur tal-krediti ta' mili msarrfa mill-membru li fir-rigward tiegħu tqum il-kwistjoni.
- Il-membri jistgħu jitterminaw is-sħubija tagħhom fi kwalunkwe ħin billi jagħtu avviż bil-miktub lill-Air Malta u jirritornaw il-kard tas-sħubija tagħhom, meta kwalunkwe kreditu ta' mili mhux użati jiġi kkanċellat.
- L-Air Malta tista' tittermina immedjatament, mingħajr responsabbiltà għall-kumpens jew danni (diretti jew indiretti) ta' kwalunkwe tip jew natura favur membru, is-sħubija ta' membru u d-dritt ta' membru li juża l-kard tas-sħubija tiegħu jekk membru jwettaq imġiba ħażina jew frodi, jabbuża mill-benefiċċji u l-għotjiet tal-programm tal-Flypass, jew ma jsegwix dawn it-Termini u Kundizzjonijiet. F'ċirkustanzi bħal dawn, l-Air Malta għandha tikkanċella simultanjament il-krediti kollha ta' mili tal-membru.
- Mal-mewt ta' membru, il-kont tas-sħubija jingħalaq u l-krediti kollha ta' mili mhux użati jiġu kkanċellati.
- F'każ ta' terminazzjoni tas-sħubija għal kwalunkwe raġuni, membru jrid jirritorna l-kard tas-sħubija tiegħu mingħajr dewmien lill-Air Malta.
- Billi dawn it-Termini u Kundizzjonijiet jistgħu jinbidlu minn żmien għall-ieħor, hija r-responsabbiltà tal-membru li jaġġorna ruħu regolarment magħhom. Barra minn hekk, hija r-responsabbiltà tal-membru li jaġġorna ruħu regolament ma' dan is-sit fid-dawl tal-Klawżola 23 aktar 'il fuq.