L-ivvjaġġar mal-Air Malta jirrendi. Għal kull biljett economy eliġibbli tal-Air Malta, inti tista' takkwista minimu ta' 1 KMile għal kull mil li tivvjaġġa. Għal titjiriet internazzjonali ta' inqas minn 500 mil, il-membri jisgħu jakkwistaw minimu ta' 500 KMiles.

Kulma għandek tagħmel huwa li tikkwota n-numru tas-sħubija tal-Flypass tiegħek kull meta tibbukkja titjira jew tippreżenta l-kard tiegħek waqt iċ-check-in sabiex jiġi assigurat li l-KMiles tiegħek jiġu kkreditati direttament fil-kont tiegħek.

It-tabella ta' hawn taħt turik kemm ser takkwista KMiles meta tivvjaġġa magħna abbażi tan-noll tal-kategorija li tibbukkja u s-servizz tal-kabina.

Il-Kategorija tal-Prenotazzjoni skont il-Kabina u n-Noll KMiles akkwistati għal kull mil
Economy: E, R, U, N Mhuma allokati l-ebda mili
Economy: A, S, W X 0.5 mili ta' vvjaġġar
Economy: B, G, K, H, Q, T X 1 mili ta' vvjaġġar
Economy: L, M, V, Y X 2 mili ta' vvjaġġar
Business: C, D, I X 3 mili ta' vvjaġġar


Barra minn hekk, tista' takkwista l-Bonus Miles għal kull Livell skont l-istatus tas-sħubija tiegħek fil-Programm Flypass .
 

Livell Bonus Miles għal kull segment
Permanenti Plus 35%
Diamond 50%


Il-benefiċċju tat-Tier Bonus jiġġedded kull sena, bil-kundizzjoni li l-limitu meħtieġ (minbarra l-Bonus KMiles) ikun intlaħaq minn attività ta' vvjaġġar fuq servizzi skedati tal-Air Malta biss kull sena mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru. It-Tier Bonus Miles jinkisbu wkoll meta tivvjaġġa ma' Kumpaniji tal-Ajru oħrajn li huma Msieħba tal-Flypass. It-tabella tal-Mili tal-Attività tal-Ivvjaġġar li tidher hawn taħt hija bbażata fuq id-distanza tal-ivvjaġġar minn Malta sad-destinazzjoni rispettiva u viċi versa.

Rotta
 KMiles
Katanja
500
Palermo
500
Ruma
500
Napli
500
Nizza
662
Milan Linate
715
Milan Malpensa 738
Ġinevra
838
Lyon
839
Vjenna
853 
Zurich
857
Munich 
874
Praga
984
Madrid 
1028
Pariġi Orly
1079
Pariġi Charles De Gaulle 1090
Dusseldorf 
1132
Brussell
1151
Berlin 
1141
Tel Aviv
1197
Amsterdam 
1232
London Gatwick 
1281
London Heathrow 
1306
Lisbona 1309