Il-Frequent Flyer Programe jagħtik l-opportunità li takkwista l-KMiles kull darba li tivvjaġġa fuq servizzi skedati tal-Air Malta. Dawn jistgħu jissarrfu fuq titjiriet mingħajr ħlas lejn kwalunkwe waħda mid-destinazzjonijiet tagħna. Il-KMiles jiġu akkwistati skont is-segment tat-titjira, it-tip ta’ servizz u n-noll. Inti tista' tirreġistra bħala membru mingħajr ebda spiża jew obbligu.

Il-Flypass tal-Air Malta huwa l-mod tagħna kif nirrigrazzjawk talli tivvjaġġa magħna, kif ukoll bħala apprezzament għal-lealtà u l-klijentela li pprovdejtilna matul is-snin.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattjana billi ċċempel fuq in-numru (+356) 2599 1239 jew billi tibgħat email lil [email protected].