Għażliet Imfasslin Madwarek

L-ivvjaġġar mal-Air Malta jżid il-flessibbiltà u jagħtik aktar kontroll.

 

Ivvjaġġa Kif Trid

Agħżel bejn Business jew Economy Class biex tiddetermina l-livell ta’ kumdità u neċessitajiet tiegħek fuq l-art u fl-ajru. U irrispettivament mill-klassi ta’ ivvjaġġar tiegħek, inti tista’ tagħżel li tħallas noll iktar baxx jew inkella tagħżel li jkollok iktar flessibilità għall-arranġamenti tal-vjaġġ tiegħek u f’xi tibdil tal-aħħar minuta.

Tir fil-Għoli mal-Business Class tal-Air Malta

Meta tivvjaġġa fil-kategorija Business Class ikollok aċċess għall-ifjen esperjenza offruta mill-Air Malta.

Għaddi riħ iktar mis-soltu fl-ajruport grazzi għaż-żona ddedikata għaċ-check-in fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Ovvjament, il-bagalji tiegħek jiġu mmarkati bħala prijorità u mbagħad tista’ tmur tfittex rilassament fid-dinja ta’ barra b’aċċess għal ‘La Valette Lounge’, billi jkollok ħin tirrilassa u tistrieħ. Biljett tal-‘Business Anytime’ jagħtik ukoll il-vantaġġ li tikkanċella vjaġġ jew tbiddel id-dati ta’ ivvjaġġar tiegħek bla ħlas jekk ikollok bżonn. 

Dan huwa sommarju ta' wħud mill-benefiċċji assoċjati mal-ivvjaġġar fil-kategorija Business Class tal-Air Malta: 

Mogħdija rapida Meta tkun ser titlaq minn Malta, tingħata prijorità meta tiġi biex tgħaddi mill-kontrolli tas-sigurtà għal ġos-sala u l-bieb tat-tluq.
Kabina Separata Gawdi l-atmosfera ta' spazju ta' kabina separata b'ekwipaġġ tal-kabina ddedikat u mħarreġ apposta.
Arranġament tas-siġġijiet  It-tqassim imtejjeb tas-siġġijiet jipprovdi spazju akbar għas-saqajn b'mejda bejn kull żewġ siġġijiet.
Menus speċjali Ipprova numru ta' platti internazzjonali kkumplimentati b'għażla ta' nbejjed lokali.
Xorb b'xejn Servizz ta' xorb mingħajr limitu, inkluża xampanja.