Meta tivvjaġġa huwa importanti li żżomm f'moħħok li ċerti oġġetti jinġarru fi kwantitajiet limitati jew saħansitra ma jinġarrux. Għalkemm oġġett jista' jidher li huwa mingħajr periklu, taħt ċerti kundizzjonijiet, huwa jista' fil-fatt ikun perikoluż.

Hawn taħt qiegħda tingħata lista ta' x'inhu permess u x'mhuwiex permess abbord. Jekk jogħġbok innota li ċerti oġġetti jistgħu jinġarru biss fil-bagalja rreġistrata tiegħek, jiġifieri, mhumiex permessi bħala parti mill-bagalja tal-idejn tiegħek. Jekk l-oġġett li għandek inti mhuwiex inkluż fil-lista, jew għandek xi dubju, jekk jogħġbok ikkuntattjana jew għarraf lill-impjegati tal-Air Malta fiċ-check-in.

 

Oġġetti pprojbiti u ristretti

L-oġġetti pprojbiti, ristretti u perikolużi huma oġġetti jew sustanzi li jistgħu jikkawżaw riskju għas-saħħa, għas-sigurtà, għall-proprjetà jew għall-ambjent. Jekk tixtieq iġġorr jew tittrasporta oġġetti bħal dawn, għandek tkun taf bir-regolamenti u kwalunkwe azzjoni li jista' jkollok bżonn tieħu.

 

Oġġetti li ma jistgħux jinġarru mill-passiġġieri fuq titjiriet tal-Air Malta

Il-lista li ġejja tkopri dawk l-oġġetti kollha li ma jistgħux jinġarru fuq it-titjiriet tagħna:

  • Oġġetti bil-ponta jew bix-xifer jaqta' - skieken bi xfafar ta' aktar minn 6ċm, mazez, xwabel, eċċ.
  • Apparat li jrendi inkapaċi - mace, sprej tal-bżar, pistoli li jistordu, tasers, eċċ.
  • Splussivi - logħob tan-nar, suffarelli, detonaturi, miċeċ, dinamite, eċċ. (għajr munizzjon ta' armi żgħar – ara s-sezzjoni ‘Oġġetti Ristretti’ hawn taħt).
  • Attaché cases tat-tip tas-sigurtà li jkun fihom oġġetti perikolużi - prodotti pirotekniċi, eċċ.
  • Armi li jagħtu xokkijiet elettriċi - pereżempju; Tasers, li jkun fihom oġġetti perikolużi bħal splussivi, gassijiet kompressati, batteriji tal-litju, eċċ.
  • Strumenti spuntati li jistgħu jikkawżaw korriment
  • Għodda tal-ħaddiema
  • Sulfarini li jistgħu jaqbdu malajr
  • Ċilindri tal-gass li jieħdu n-nar
  • Likwidi li jieħdu n-nar - żebgħa, petrol, refills tal-lajters, solventi, verniċ, eċċ.
  • Solidi li jieħdu n-nar - qabbada tan-nar, lanterni Ċiniżi, eċċ.
  • Sustanzi li għandhom it-tendenza li jieħdu n-nar b'mod spontanju - oġġetti li fihom il-fosfru
  • Sustanzi li jarmu gassijiet li jieħdu n-nar meta jiġu f'kuntatt mal-ilma
  • Materjali ossidizzanti - bliċ, perossidi, xi fertilizzanti, eċċ.
  • Materjali korrużivi – aċidi, alkali, batteriji ċellulari mxarrbin, eċċ.
  • Sustanzi tossiċi (velenużi) - sustanzi li joqtlu l-ħaxix selvaġġ, insettiċidi, eċċ.

Jekk jogħġbok innota: F'xi ajruporti, l-oġġetti pprojbiti jistgħu jvarjaw. Jekk ikollok xi dubju, jekk jogħġbok iċċekkja minn qabel mal-awtoritajiet rilevanti tal-ajruport.

 

Oġġetti ristretti li jirrikjedu notifika lill-Air Malta

Il-lista li ġejja tkopri l-oġġetti li jistgħu jinġarru fuq it-titjiriet mal-Air Malta iżda li jeħtieġu l-approvazzjoni tal-kumpanija tal-ajru qabel il-vjaġġ u fejn il-kwantitajiet jew ir-regolazzjoni tal-oġġetti jkunu ristretti:

Jekk jogħġbok innota: Jekk qed tippjana li tagħmel prenotazzjoni li tinkludi titjira operata minn kumpanija tal-ajru differenti mill-Air Malta, jekk jogħġbok ikkuntattjana qabel tibbukkja sabiex tiċċekkja jekk il-kumpanija tal-ajru l-oħra tistax iġġorr l-oġġetti perikolużi tiegħek.

  • Armi tan-nar u/jew Munizzjon – ara t-taqsima 'Il-Ġarr ta' Armi tan-Nar u Munizzjon' hawn taħt.
  • Fuklari tal-kampeġġ u kontenituri tal-fjuwil
  • Dijossidu tal-karbonju solidu (silġ niexef) 
  • Ġkieket tas-salvataġġ - li jkun fihom ċilindri tal-gass li ma jeħdux in-nar
  • Ċilindri tal-ossiġenu u ċilindri żgħar oħrajn għal użu mediku
  • Siġġijiet tar-roti u apparat ta' għajnuna għall-mobilità – imħaddma b'batteriji tal-litju li ma joħroġx likwidu minnhom, li joħroġ likwidu minnhom jew li jingħalqu
  • Oġġetti li jipproduċu s-sħana – torċijiet għal taħt l-ilma, għodda msaħħna li tintuża biex tistanja, eċċ.
  • Oġġetti mimlijin bil-merkurju - barometri, termometri, eċċ.
  • Apparat ta' salvataġġ f'każ ta' valanga
  • Pakketti insulati li jkun fihom nitroġenu likwidu mkessaħ
  • Apparat għall-monitoraġġ ta' aġenti kimiċi
  • Apparat mediku elettroniku li jista' jinġarr minn post għal ieħor – defibrillaturi esterni awtomatizzati (AED), nebulisers, Continuous Positive Airway Pressure (CPAP) b'batteriji tal-litju.
  • Batteriji tal-joni tal-litju – bi klassifikazzjoni espressa f'Watt fis-siegħa ta' aktar minn 100 Wh iżda ta' mhux aktar minn 160 Wh.
     

Oġġetti ristretti li ma jeħtieġu ebda notifika

Il-lista li ġejja tkopri l-oġġetti kollha li jistgħu jinġarru fuq it-titjiriet tal-Air Malta iżda li xorta huma ristretti għal limiti speċifiċi fuq il-kwantitajiet jew id-dimensjonijiet.

Jekk jogħġbok innota: Jekk qed tippjana li tagħmel prenotazzjoni li tinkludi titjira operata minn kumpanija tal-ajru differenti mill-Air Malta, jekk jogħġbok ikkuntattjana qabel tibbukkja sabiex tiċċekkja jekk il-kumpanija tal-ajru l-oħra tistax iġġorr l-oġġetti tiegħek.  

  • Aerosols li ma jeħdux in-nar għal użu domestiku u fl-isport
  • Oġġetti mediċinali jew tat-twaletta mhux radjuattivi - sprejs tax-xagħar, fwejjaħ, eaux de Cologne, mediċini, eċċ.
  • Batteriji tal-litju żejda (inqas minn 100 Wh)
  • Xarbiet alkoħoliċi
  • Ċilindri tal-gass mhux tossiċi u li ma jeħdux in-nar - pereżempju; għat-tħaddim ta' dirgħajn mekkaniċi, apparat għall-infiħ tat-tajers tar-roti (b'kapaċità massima ta' 50ml)
  • Apparat li fih ċelloli jew batteriji tal-litju - laptops, kameras, camcorders, eċċ.
  • Jistgħu jittieħdu xi miżuri sempliċi sabiex jiġi żgurat li l-batteriji żejda jinġarru mingħajr periklu:
    • Għandek dejjem tippakkja l-batteriji żejda fil-bagalja tal-idejn tiegħek
    • Fejn possibbli, żomm il-batteriji żejda fl-imballaġġ oriġinali tagħhom għall-bejgħ bl-imnut (pereżempju; pakketti tal-kartun/plastik) li jiżgura li t-terminals tagħhom ikunu protetti.
    • Jekk l-imballaġġ oriġinali ma jkunx disponibbli, issepara t-terminals tal-batteriji sabiex ma jkunux jistgħu jiġu f'kuntatt ma' oġġetti tal-metall:
      • ippakkja kull batterija fil-borża tal-plastik protettiva tagħha (pereżempju; boroż b'saħħithom li jintużaw għall-ippakkjar tal-ħobż jew għall-preservazzjoni tal-ikel fil-friża) jew
      • għatti t-terminals b'tejp ta' iżolament.
    • Huwa rrakkomandat ħafna li jittieħdu l-miżuri msemmija fuq għall-batteriji b'terminals imqabbżin 'il barra jew bil-ponta.
       
  • Apparat radju-iżotopiku li jħaddem il-qalb
  • Apparat li jinnokkla x-xagħar u li jkun fih il-gass idrokarbonju
  • Lajters tas-sigaretti
  • Safety matches (sulfarini li jaqbdu biss meta jinħakku mal-ġenb tal-kaxxa tagħhom)

Għal kjarifika dwar il-kwantitajiet permessi, jekk jogħġbok ikkuntattjana