Aħna nieħdu ħsieb il-bagalja speċjali tiegħek
Kull vjaġġ huwa differenti. Ħu miegħek dak li għandek bżonn.
Jekk għandek bżonn tieħu oġġett speċjali lejn id-destinazzjoni tiegħek, aħna dejjem nipprovaw nakkomodawk. Filwaqt li l-ħtiġijiet tiegħek ivarjaw minn vjaġġ għal ieħor, f'din il-kategorija ser issib uħud mid-dettalji ewlenin li ser ikollok bżonn.
Il-kumpanija Air Malta bħalissa qiegħda tikklassifika dawn li ġejjin bħala bagalji speċjali:
Strumenti Mużikali
Aħna għandna l-pjaċir li ngħinuk iġġorr l-apparat mużikali miegħek lejn/minn Malta jew 'lil hinn minnha.
L-istrumenti u/jew l-apparat mużikali jiġu aċċettati bħala bagalja rreġistrata, bagalja tal-idejn jew bagalja tal-kabina — skont id-daqs u l-forma tagħhom. Jekk ser tirreġistra l-istrumenti mużikali tiegħek, jekk jogħġbok għinna nżommu l-istrument tiegħek f'kundizzjonijiet siguri billi tippakkjah f'valliġġa b'saħħitha.
Kitarri u strumenti mużikali żgħar oħrajn, bħal vjolini, jiġu aċċettati minflok il-bagalja tal-idejn li inti intitolat li ġġorr miegħek mingħajr ħlas fuq it-titjiriet diretti li noperaw aħna. Dawn l-oġġetti għandhom joqogħdu faċilment fil-kompartamenti ta' fuq ras il-passiġġieri.
Liema Strumenti Nista' Nirreġistra?
L-istrumenti jew l-apparat mużikali kollha jistgħu jiġu rreġistrati jekk il-piż totali jaqa' fi ħdan il-limitu normali tal-bagalja tiegħek. Jekk taqbeż il-limitu tal-piż permessibbli, inti jkollok tixtri vawċer għal bagalja b'piż żejjed.
B’€40 biss għal kull oġġett għal kull titjira meta tibbukkja fuq https://shop.airmalta.com/, aħna sempliċiment qegħdin nagħtuk is-setgħa li ssegwi l-passjoni tiegħek u tgawdi l-vjaġġ tiegħek.
Mediċina u Apparat Mediku
Is-saħħa u l-kumdità tiegħek abbord it-titjiriet tagħna huma l-prijorità tagħna. Jekk għandek bżonn iġġorr ċertu apparat mediku bħal tant tal-ossiġenu jew mediċina fuq it-titjira tiegħek, jekk jogħġbok imla l-Formola Medika mill-inqas 24 siegħa qabel it-titjira tiegħek.
Inti ser ikollok bżonn tippreżenta ċertifikat mediku mingħand it-tabib tiegħek li jikkonferma li l-medikazzjoni/apparat huma tassew meħtieġa. Jeħtieġ li ċ-ċertifikat jinkludi d-dettalji tal-medikazzjoni u l-użu maħsub tagħha.
Armi tan-nar
L-armi tan-nar maħsuba biex jintużaw f'avvenimenti sportivi għandhom ir-regoli speċjali tagħhom meta jinġarru abbord it-titjiriet tagħna. Aqra aktar.
Vjaġġjar bl-Annimali Domestiċi
Aħna nafu sew kemm jistgħu jkunu importanti għalik l-annimali domestiċi tiegħek, allura għala ma teħodhomx miegħek meta tmur għal vaganza?
Għandek tliet għażliet biex iġġorr l-annimal domestiku tiegħek fuq it-titjiriet skedati tal-Air Malta:
- L-annimali domestiċi mġarra fil-kabina tal-passiġġieri (PETC)
- Annimali Domestiċi bħala Bagalja Rreġistrata (AVIH) – disponibbli mis-27 ta’ Ottubru 2013.
- Annimali domestiċi fl-Istiva tal-merkanzija
Apparat għat-Trabi u t-Tfal
Inti ġenitur? Aħna ngħinuk iġġorr l-apparat għat-tfal tiegħek sabiex ikollhom vjaġġ komdu u rilassanti. Dan jinkludi buggies li jingħalqu, li jistgħu jintużaw sakemm tasal sat-taraġ tal-ajruplan, fejn imbagħad dawn jinżammu fl-istiva u jingħataw lura lilek malli tasal fid-destinazzjoni tiegħek.
Jekk għandek siġġu riservat għat-tarbija tiegħek (iżgħar minn sentejn), aħna nirrakkomandawlek li ġġib miegħek is-siġġu tas-sigurtà tat-tarbija tiegħek. Minħabba r-regolamenti tas-sigurtà, jekk jogħġbok ibgħat email lit-tim ta' impjegati tagħna li jieħdu ħsieb il-passiġġieri mill-inqas 24 siegħa qabel it-tluq skedat tiegħek sabiex tikkonferma li t-tip ta' siġġu li għandek jista' jittella' abbord.
Affarijiet tal-ikel
Ir-regolamenti tas-sigurtà jvarjaw skont il-pajjiż li tkun ser titlaq minnu. Jekk għandek bżonn tieħu ikel speċjali miegħek abbord, jekk jogħġbok ikkuntattja liċ-ċentru telefoniku tagħna għall-għajnuna.
Oġġetti Oħrajn
● Tipprattika xi sport? Aħna għandna offerta separata għall-bagalja tiegħek. Żur il-paġna relatata mal-apparat sportiv sabiex issir taf xi trid tagħmel.
● Japplikaw ukoll regoli speċjali għal-likwidi li ġġorr fil-bagalja tal-idejn tiegħek. Tgħallem aktar dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-bagalji.
● Żur is-sezzjoni tal-għajnuna għal assistenza fl-użu tas-siġġijiet tar-roti u apparat ieħor ta' għajnuna għall-mobilità
Aħna nissuġġerulek tikkuntattjana sabiex nagħtuk struzzjonijiet speċifiċi.
Għas-sigurtà tiegħek u tal-passiġġieri l-oħrajn li jkunu miegħek fuq l-ajruplan, huwa strettament ipprojbit li ttella' miegħek oġġetti bil-ponta, bix-xifer jaqta' jew spuntati u sustanzi splussivi, li jieħdu n-nar, kimiċi u tossiċi. Żur il-paġna tagħna dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-bagalji sabiex titgħallem aktar.
Kif tibbukkja l-bagalja speċjali tiegħek
1 Tista' tibbukkja l-bagalja speċjali tiegħek billi tikkuntattja liċ-ċentru telefoniku tagħna. Sib id-dettalji ta' kuntatt hawnhekk.
2 Kun lest li tikkwota ismek, kunjomok u l-kodiċi ta' referenza tal-prenotazzjoni mill-biljett tiegħek (magħmul minn sitt ittri).
3 Aħna nirrakkomandaw lill-passiġġieri kollha tagħna biex jibbukkjaw il-bagalja speċjali mill-inqas 48 siegħa qabel it-tluq tat-titjira sabiex jevitaw iċ-ċans li jisfaw diżappuntati.
4 Kun żgur li l-prenotazzjoni tiegħek tiġi kkonfermata b'email qabel terħilha lejn l-ajruport.
5 Filwaqt li aħna nagħtu attenzjoni massima lill-oġġetti personali tiegħek, huwa rrakkomandat ħafna li tibbukkja polza tal-assigurazzjoni separata sabiex tkopri l-valur tal-bagalja speċjali tiegħek f'każ ta' telf jew ħsara.