Il-Bagalja rreġistrata tiegħek

Kun af eżatt x'tista' tieħu miegħek

Afdana biex neħdulek ħsieb il-bagalja rreġistrata tiegħek, minn dak il-ħin li tasal quddiem id-desk tas-servizz tagħna sakemm tiġborha mid-destinazzjoni tiegħek.

Tagħrif essenzjali

L-ammont ta' piż tal-bagalja li tista' tirreġistra jiddependi fuq il-klassi tal-ivvjaġġar tal-biljett tiegħek.

 

Familja ta’ Prodotti Bagalji Permessi
Sale Bla bagalja
Go Light Bla bagalja
Go Smart 1 Bagalja waħda - 23kg
Go Flex 1 Bagalja waħda - 23kg
Just Business 1 Bagalja waħda - 32kg
Smart Business 2BĊT – 32kg kull waħda
Business Freedom 2BĊT – 32kg kull waħda

 

Tgħallem aktar dwar id-diversi benefiċċji tal-klassijiet tal-ivvjaġġar tagħna.

Il-limitu eżatt tal-piż tal-bagalja dejjem ikun indikat fuq il-biljett tiegħek. Żur Kif Nara l-Prenotazzjoni Tiegħi biex iddaħħal il-kodiċi tal-PNR tiegħek u tikseb din l-informazzjoni.

Tista’ tixtri Bagalji rreġistrati minn https://shop.airmalta.com/

Tfal u Trabi
Trabi (0 - 2 sentejn) 10 kg għal kull tarbija hlief Go Light
Tfal u Minuri (3- 16-il sena) L-istess limiti tal-piż tal-bagalji applikabbli għall-adulti

 

 Ikklikkja hawnhekk jekk tixtieq aktar dettalji dwar l-ivvjaġġar bi trabi u tfal.

 

Skont il-Biċċa jew skont il-Piż?

Il-bagalja rreġistrata tiegħek tingħadd skont il-biċċiet u mhux skont il-piż. Dan ifisser li inti tista’ iġġorr ammont massimu ta’ piż fin-numru ta’ biċċiet li l-biljett tiegħek ikun intitolat għalihom. Tqassim tal-piż tal-bagalji mhuwiex permess bejn passiġġieri li jivvjaġġaw fuq l-istess rotta għall-istess destinazzjoni finali.

Tajjeb li tkun taf li xi kumpaniji tal-ajru għandhom regoli differenti li japplikaw għall-bagalji rreġistrati. Inti għandek tikkuntattja lill-aġenzija tal-ivvjaġġar tiegħek jew titkellem direttament mal-kumpanija tal-ajru inkwistjoni jekk parti mill-itinerarju tal-vjaġġ tiegħek ikun jinvolvi kumpanija tal-ajru oħra.

Jekk għandek xi dubju, staqsi lill-uffiċjali li jaħdmu fl-ajruport, li min-naħa tagħhom jistgħu jiggwidawk dwar ir-regolamenti tal-bagalji rreġistrati għal vjaġġ li jkun jinvolvi kumpanija tal-ajru oħra.

Għandek bżonn iġġorr bagalja b'aktar piż?

Jekk ikollok bżonn tirreġistra bagalja b'aktar piż minn dak li huwa allokat lilek mingħajr ħlas, tista' tagħmel dawn l-arranġamenti b'mod konvenjenti bl-internet. Ara t-tariffi u ixtri l-piż tal-bagalja li teħtieġ.

Jekk tipprova tirreġistra bagalja li taqbeż il-piż permessibbli, din titqies bħala bagalja b'piż żejjed u mbagħad inti jkollok l-għażla li tħallas għall-piż żejjed mad-desk tas-servizzi.

Ftakar li bagalja waħda rreġistrata qatt ma għandha tkun tiżen aktar minn 32 kg, irrispettivament minn jekk il-limitu tal-piż żejjed tal-bagalja jkunx inqabeż jew le. Il-kontenut kollu li jaqbeż il-limitu ta' 32 kg għandu jiġi ppakkjat mill-ġdid f'basktijiet separati.

 

Prezzijiet ta' Bagalji rreġistrati

Tipi ta’ Bagalji Mixtrija Online Mixtrija mill-ajruport
Sa bagalja ta’ 23kg € 40 € 60
Aġġornament ta’ bagalja minn 23kg għal 32kg € 40 € 60
Bagalja ta’ 32kg € 70 € 90

 

X'ma għandix ninkludi fil-Bagalja rreġistrata tiegħi?

Minħabba r-regolamenti internazzjonali, hemm xi restrizzjonijiet fuq dak li tista' tippakkja fil-bagalja rreġistrata tiegħek. Aħna nżommu lista aġġornata tal-oġġetti perikolużi li ma jistgħux jiġu inklużi fil-bagalja u din tista' tiġi kkonsultata hawnhekk.

L-ivvjaġġar lejn/mill-Istati Uniti tal-Amerika

Meta tkun qed tipprepara l-bagalja rreġistrata tiegħek biex tivvjaġġa lejn l-Istati Uniti tal-Amerika, ftakar li għandek tiċċekkja r-restrizzjonijiet tat-TSA (l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà tat-Trasport tal-Istati Uniti) fuq l-użu tal-katnazzi. Ċerti oġġetti, bħal materjal li jieħu n-nar, huma kompletament ipprojbiti fuq titjiriet lejn u mill-Istati Uniti tal-Amerika, kemm fil-bagalji rreġistrati kif ukoll fil-bagalji tal-idejn. Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok żur il-websajt tat-TSA.

Aqra aktar dwar l-ivvjaġġar lejn l-Istati Uniti tal-Amerika

Bagalji li ssirilhom il-ħsara, li jaslu tard jew li jintilfu

F'xi każijiet rari, jistgħu jinqalgħu problemi li jwasslu biex il-bagalja tiegħek tintilef jew tispiċċa tasal tard. Jekk tiffaċċja tali kwistjoni bil-bagalja tiegħek u jkollok bżonn l-għajnuna, aħna ser nagħmlu dak kollu li nistgħu sabiex ngħinuk. Il-persunal tagħna ddedikati għall-klejms relatati mal-bagalji huma lesti li jwieġbu l-mistoqsijiet kollha tiegħek.
Sabiex issir taf aktar, żur is-sezzjoni tal-għajnuna relatata mal-bagalji.