This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Għall-vjaġġatur attiv
Il-gżejjer Maltin joffru destinazzjoni mill-aqwa għal dawk li jħobbu l-isport. Il-mixi fil-kampanja, it-tixbit mal-blat, iċ-ċikliżmu, l-iskijjar fuq l-ilma u ħafna aktar attivitajiet sportivi jistgħu jiġu esplorati ladarba tasal hemmhekk.
Kemm jekk inti persuna li tipprattika l-isport b'mod professjonali jew jekk sempliċiment trid tipprova xi ħaġa li tagħtik aktar adrenalina, aħna pprijoritizzajna l-ħtiġijiet tiegħek u, għalhekk, qegħdin noffrulek offerti mill-aqwa fuq l-apparat sportiv tiegħek. Din li ġejja hija deskrizzjoni dettaljata ta' dak li aħna noffru lill-passiġġieri tagħna li għandhom l-isport għal qalbhom:
Oġġett wieħed. Tariffa waħda. Imnaqqsa għall-prenotazzjonijiet li jsiru bl-internet.
Id-delizzju li tgawdi l-isport favorit tiegħek barra minn pajjiżek ma għandux ikun għali jew diffiċli. Kien għalhekk li aħna ddeċidejna li nissimplifikaw it-tariffi tagħna fuq il-bagalji sportivi. Bi €40 biss għal kull oġġett għal kull titjira meta tibbukkja fuq il-websajt tagħna, aħna qegħdin nagħtuk is-setgħa li ssegwi l-passjoni li għandek u tgawdi l-vjaġġ tiegħek.
Kif u meta għandek tibbukkja
Disponibbli fuq l-oġġetti sportivi li ġejjin
It-tariffa msemmija fuq tapplika biss għall-apparat sportiv elenkat fil-lista li ġejja. Żomm f'moħħok li dawn l-oġġetti kollha għandhom jiġu rreġistrati separatament mill-bqija tal-oġġetti fil-bagalja billi jitqiegħdu fil-borża addattata għall-apparat sportiv.
Ftakar. L-apparat tal-fencing u tal-isparar bil-qaws għandu jinħażen f'kontenitur iebes sabiex tiġi evitata l-ħsara, filwaqt li għandu jiġi rreġistrat u jittella' abbord mal-bagalja, mhux jinġarr bħala bagalja tal-idejn.
L-oġġetti kollha li jinġarru fil-bagalji u li mhumiex elenkati hawn fuq jiġu ċċarġjati skont it-tariffi normali applikabbli għall-bagalji żejda.
Aqra t-termini u l-kundizzjonijiet relatati mal-apparat sportiv