Għażla tas-Siġġu

Poġġi fil-post favorit tiegħek.

L-għażla tas-seat preferut tiegħek hija assolutament bla ħlas meta tixtri l-prodotti Go Flex  u Business Class. Meta jkollok biljett tal-prodotti SaleGo Light u Go Smart, japplikaw dawn il-ħlasijiet li ġejjin:

Premium seat

Sale & Go Light  Go Smart Go Flex
€25/2500KMiles €20/2000KMiles €6/600KMiles

Seats bi spazju żejjed għar-riġlejn

Sale & Go Light Go Smart Go Flex
€20/2000KMiles €12/1200KMiles €5/500KMiles

L-ewwel ringiela

Sale & Go Light Go Smart Go Flex
€12/1200KMiles €5/500KMiles Bla ħlas

L-aħħar ringiela

Sale & Go Light Go Smart Go Flex
€10/1000KMiles €3/300KMiles Bla ħlas

 

Ara iktar tagħrif dwar il-bosta benefiċċji marbutin mal-klassijiet tal-ivjaġġar differenti tal-Air Malta.

Tista’ tixtri postijiet addizzjonali minn www.airmalta.com billi tagħżel “Immaniġġja l-buking tiegħi”, jew billi tikkuntattja liċ-Ċentru ta’ Kuntatt fuq +356 21 662 211 jew lill-Uffiċċju tal-Bejgħ ta’ Air Malta.

Is-Seats jistgħu jinxtraw ukoll billi ssarraf il-KMiles mill-inqas 3 ijiem qabel il-vjaġġ tiegħek. Ikkuntattja lil Flypass fuq +356 2599 1239 jew [email protected].

 

X’għandek tiftakar:

  • Nirriżervaw id-dritt li nagħtuk sit differenti biex nikkonformaw ma’ proċeduri internazzjonali tas-sikurezza abbord. 
  • L-allokazzjoni finali tas-sits qrib il-bibien ta’ Ħruġ ta’ Emerġenza tista’ ssir biss matul iċ-check-in biex jiġi vverifikat li passiġġier individwali jissodisfa r-rekwiżiti operazzjonali u dwar is-sikurezza.

Għall-faċilità tar-referenza, u minħabba r-regolamenti internazzjonali dwar is-sikurezza, il-klijenti li jaqgħu taħt il-kategoriji ta’ hawn taħt ma jistgħux ipoġġu fir-ringiela tal-ħruġ ta’ emerġenza jew fis-sits fir-Ringiela 1C u 1D;

  1. Trabi, ommijiet tqal, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b’mobilità mnaqqsa, persuni b’indeboliment tal-vista u tas-smigħ, persuni b’fehim limitat, dawk li ma jistgħux jaslu sal-punt tal-ħruġ mingħajr ma jingħataw għajnuna
  2. Tfal taħt l-età ta’ 12-il sena
  3. Klijenti li jeħtieġu l-użu ta’ ċinturin tas-sikurezza ta’ estensjoni
  • Il-ħlasijiet/KMiles kollha għas-sits ma jistgħux jintroddu lura.
1