Il-ħtiġijiet mediċi tiegħek fuq it-titjiriet tiegħek

 

Irridu ntejbu l-aċċessibbiltà tal-ivvjaġġar bl-ajru għall-passiġġieri bi ħtiġijiet mediċi bħal mobbiltà mnaqqsa. Għal din ir-raġuni, aħna ħloqna numru ta' linji gwida biex nassiguraw li dawn il-ħtiġijiet jiġu mifhuma u pprovduti b'livell xieraq ta' servizz.

Proċeduri tas-Saħħa: Għas-sigurtà ta' kulħadd, aħna nassiguraw li l-passiġġieri aċċettati abbord l-ajruplani tagħna jkunu fi stat ta' saħħa tajjeb biżżejjed biex jivvjaġġaw. Il-passiġġieri li jkunu qegħdin isofru minn ċerti kundizzjonijiet mediċi jridu jiksbu ċertifikat li jagħtihom permess jivvjaġġaw mingħand it-tabib tagħna. Inti tista' tikkuntattja lid-Desk ta' Għajnuna Medika tagħna billi ċċempel fuq in-numru +356 2299929 jew billi tibgħat email.

Assistenza għall-mobbiltà: Aħna nsegwu d-definizzjoni standard ta' passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa kif maħruġa mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej bil-għan li nassiguraw li inti tingħata sostenn kontinwu u livell ta' servizz xieraq għas-sitwazzjoni tiegħek. Dan jinkludi kwalunkwe passiġġier li jkun jeħtieġ: 

  • streċer jew inkubatur abbord l-inġenju tal-ajru
  • provvista tal-ossiġnu abbord l-inġenju tal-ajru
  • siġġu żejjed biex tkun tista' ttella' saqajk fuqu
  • sostenn fil-moviment minħabba marda serja jew korriment 
  • sostenn fit-tqala
  • użu ta' tagħmir mediku ieħor

Assistanza bis-siġġijiet tar-roti: Jekk inti jew passiġġier ieħor teħtieġu assistenza fl-użu tas-siġġu tar-roti, aħna nipprovdu għadd ta' servizzi. Sir af aktar minn hawnhekk.

Prenotazzjoni: Skont il-kundizzjoni medika inkwistjoni, jista' jkun li jkollok bżonn tħejji Formola b'Informazzjoni Medika (MEDIF) u tibgħatha qabel isir kwalunkwe arranġament tal-ivvjaġġar sabiex tkun tista' tiġi riveduta b'mod xieraq u approvata mill-Air Malta. Hemm ħlas applikabbli ta' €15 għal kull MEDIF.

Sostenn iddedikat: Aħna noffrulek attenzjoni fuq bażi individwali. Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar il-politiki għall-passiġġieri bi ħtiġijiet mediċi, kulma għandek tagħmel huwa li ċċempel lid-Desk ta' Għajnuna Medika tal-Air Malta fuq in-numru +35622999296. 

Siringi mediċi: Sakemm ikollok fuqek riċetta medika valida, inti tista' ddaħħal miegħek fil-kabina siringi tal-eparina b'piż molekulari baxx u mimlijin minn qabel billi ġġorrhom fil-bagalja tal-idejn tiegħek.

Provvista tal-ossiġnu waqt it-titjira: Jekk il-kundizzjoni medika tiegħek teħtieġ li tirċievi ossiġnu waqt it-titjira, aħna ser inkunu nistgħu nakkomodawk.Madankollu aħna nistgħu nipprovdu biss provvista limitata ta’ ossiġnu abbord, allura jekk jogħġbok ikkuntattja lill- Medical Help Desk tagħna fuq tel : +356 22999296, jew ibgħat email lil [email protected]. Jekk jogħġbok kun af li l-ispejjeż biex nipprovdu ossiġnu supplimentari huwa ta’ 115 EUR għal kull settur u dan għandu jitħallas bil-quddiem. 
Nirrakkomandaw li tikkuntattja lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tas-saħħa jew lill-fornitur privat ta’ servizzi tas-saħħa tiegħek dwar il-possibbiltà ta’ rimbors ta’ dawn l-ispejjeż.