This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Assistenza speċjali, imfassla apposta għall-ħtiġijiet tiegħek
Jekk tkun teħtieġ assistenza speċjali qabel jew waqt it-titjira tiegħek lejn l-ajruport tad-destinazzjoni tiegħek, aħna lesti li ngħinuk. F'din it-taqsima, ser issib kull informazzjoni importanti biex tkun tista' tivvjaġġa mingħajr problemi.
Jekk ma tkunx tista' ssib dak li tkun qed tfittex fil-paġni ta' hawn taħt, tiddejjaq xejn tikkuntattja lill-aġent tal-ivvjaġġar tiegħek jew lill-Air Malta direttament fuq in-numru +356 21662211
Passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa - Teħtieġ xi assistenza sabiex titla' abbord l-ajruplan jew biex iġġorr is-siġġu tar-roti? Żur din il-paġna biex issir taf aktar dwar x'nistgħu noffrulek.
Passiġġieri bi ħtiġijiet mediċi - Jekk trid iġġorr miegħek xi apparat speċjali jew xi mediċini, kun ċert li tkun taf dwar l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tivvjaġġa.
Passiġġieri bi tqala- Sir af aktar dwar ir-rekwiżiti tas-sigurtà għan-nisa li qegħdin jistennew tarbija fuq it-titjiriet tagħna.
Ġarr ta' Klieb Gwida - Il-passiġġieri li jeħtieġu l-għajnuna ta' klieb gwida huma milqugħa fuq it-titjiriet tagħna. Sir af aktar hawnhekk.