This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Il-Kultura tagħna
In-nies li jaħdmu mal-Air Malta huma impenjati li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-vjaġġaturi tal-lum u jirrappreżentaw l-ispirtu Malti fl-aqwa tiegħu.
Aħna ppassjonati sabiex ngħinu lill-klijenti tagħna jimmassimizzaw iż-żmien li jqattgħu fil-kumpanija tagħna u fil-Gżejjer Maltin, kemm jekk bħala viżitaturi jew bħala residenti.
Bħala tim, aħna naħdmu sabiex inħeġġu lill-viżitaturi jiskopru d-diversità rikka ta' Malta, li tabilħaqq hija meqjusa bħala destinazzjoni Mediterranja unika. Aħna nittamaw li l-introduzzjoni tagħna għal Malta tħeġġiġhom biex jerġgħu jiġu jżuruna, jagħmlu skoperti ġodda u jkomplu jiffamiljarizzaw ruħhom ma' Malta u mal-poplu tagħha ma' kull żjara li jagħmlu.
Aħna nagħmlu dan billi nagħtu merħba kordjali lill-viżitaturi u nipprovdu servizz iddedikat minn dak il-mument li jikklikkjaw fuq il-websajt tagħna sakemm jaslu lura f'pajjiżhom wara żjara pjaċevoli u sodisfaċenti.
Jekk tidħol taħdem mal-Air Malta, inti tkun parti minn tim magħqud u impenjat u jkollok irwol sinjifikanti fil-kisba tal-viżjoni tagħna li nkunu rikonoxxuti bħala kumpanija tal-ajru ewlenija fuq skala internazzjonali.
Il-ħajja fl-Air Malta
L-aqwa riżorsi li għandna fl-Air Malta huma l-impjegati tagħna, billi dawn huma l-ambaxxaturi tal-kumpanija tal-ajru tagħna u tal-Gżejjer Maltin.
Aħna qegħdin infittxu li noħolqu ambjent tax-xogħol li jkun pjaċevoli u produttiv u li jipprovdi lil dawk li jirnexxu f'xogħolhom b'opportunitajiet li jkomplu javvanzaw fil-karriera tagħhom.
Skont ir-rwol li jkollok fl-Air Malta, dawn huma wħud mill-benefiċċji li tista' tistenna:
Impjieg magħna
L-industrija tal-kumpaniji tal-ajru hija kompetittiva ħafna u l-kumpanija Air Malta tilqa' ħaddiema beżlin, innovattivi u orjentati lejn is-servizz sabiex tibqa' fuq quddiemnett. Impjieg mal-kumpanija tagħna joffrilek opportunitajiet eċċezzjonali sabiex tkun tista' tagħmel l-aħjar użu mill-abbiltajiet tiegħek u tiżviluppa l-karriera tiegħek fi kwalunkwe wieħed mill-oqsma li ġejjin:
Kif Tapplika
L-Air Malta ssegwi l-proċess ta' reklutaġġ standard tal-kumpaniji pubbliċi Maltin kollha, li jassigura li l-ħatriet kollha jiġu kkunsidrati b'mod trasparenti u ġust abbażi tal-mertu. Din li ġejja hija ħarsa ġenerali lejn il-proċess tar-reklutaġġ tagħna:
Ladarba jiġu identifikati l-applikanti prospettivi permezz ta' waħda mill-proċeduri msemmija hawn fuq, l-applikanti jiġu intervistati minn membru mit-tim tar-riżorsi umani, kif ukoll mill-maniġers tad-dipartiment u tat-taqsima rilevanti.