L-Iskema Volontarja ta’ Trasferiment tal-Impjegati tal-Air Malta

Frar 15, 2022

Data: It-Tnejn, 14 ta’ Frar 2022

Ref: 006 - 2022 MT

L-Iskema Volontarja ta’ Trasferiment tal-Impjegati tal-Air Malta

In-numru totali ta’ applikazzjonijiet għall-Iskema Volontarja ta’ Trasferiment tal-Impjegati fi ħdan l-Air Malta li għalqet fil-11 ta’ Frar 2022, sabiex in-numru ta’ impjegati tal-Kumpanija jkun addattat skond kemm hu meħtieġ, ammonta għal 571 minn total ta’ 824 impjegat eliġibbli esklużi l-bdoti.

L-Iskema kienet miftuħa għall-impjegati kollha tal-Kumpanija. Din liskema kienet waħda minn tmien opportunitajiet ta' titjib fl-ispejjeż identifikati mil-linja tal-ajru u l-konsulenti strateġiċi esterni maħtura millazzjonist. In-numru ta’ impjegati tal-Kumpanija addattat skond kemm hu meħtieġ, ġie vvalutat fuq bażi ta' funzjoni b'funzjoni u allinjat sal-punt u l-iskala tal-operat ippjanat tagħha u ma' linji tal-ajru komparabbli oħra.

L-Air Malta tixtieq tirringrazzja lill-Unions rispettivi, lir-rappreżentanti tagħhom u lill-impjegati tagħha għax fhemu s-sitwazzjoni matul innegozjati li wasslu għat-tnedija b’suċċess tal-Iskema ta’ Trasferiment Volontarju tal-Impjegati li hija element importanti fl-aħħar pjan estensiv ta’ ristrutturar tagħha biex tibni fuq ir-reputazzjoni tajba tagħha u sabiex il-linja tal-ajru tkun finanzjarjament vijabbli u sostenibbli fit-tul.

-tmien-

1