L-Air Malta tniedi l-iskeda tat-titjiriet tagħha għas-sajf 2022

Marzu 30, 2022

Data: 30 ta’ Marzu 2022

Ref: 005 - 2022 MT

L-Air Malta tniedi l-iskeda tat-titjiriet tagħha għas-sajf 2022

  • 125 servizz skedat fil-ġimgħa
  • Madwar 1.3 miljun sit għall-bejgħ
  • Hija se terġa’ tibda topera lejn l-ajruporti ta’ London Gatwick u ta’ Madrid

L-Air Malta tniedi l-operazzjoni tal-programm ta’ titjir tagħha estiż b’mod sinifikanti għas-Sajf 2022. L-iskeda ta’ seba’ xhur, li tibda fis-27 ta’ Marzu u tiġi fi tmiema fid-29 ta’ Ottubru, se tara lil-linja tal-ajru topera 125 servizz dirett b’ritorn fil-ġimgħa lejn 18-il ajruport Ewropew ewlieni, madwar 10 pajjiżi differenti.

Wara nuqqas ta’ aktar minn sena, l-Air Malta se terġa’ lura b’servizz ta’ kuljum lejn l-ajruport ta Gatwick u b’servizz ta’ tliet darbiet fil-ġimgħa lejn Madrid. London Heathrow se tkun l-aktar rotta b’titjiriet lejha/minnha bi 15-il titjira skedata fil-ġimgħa, segwita minn Munich (12), Ruma (10), u Pariġi b’disa’ titjiriet fil-ġimgħa lejn/minn Orly u seba’ titjiriet fil-ġimgħa lejn/mill-ajruport ta’ Charles de Gaulle. Amsterdam, filwaqt li topera servizz ta’ kuljum, se tara dan jiżdied għal tmien servizzi fil-ġimgħa bejn Lulju u Ottubru.

“Din l-iskeda ta’ titjiriet ambizzjuża turi li aħna nemmnu bis-sħiħ li livvjaġġar, u t-turiżmu se jerġgħu lura għan-normal dan is-sajf. Aħna qed nirduppjaw b’mod effettiv il-kapaċità operazzjonali tagħna matul din ixxitwa li għaddiet. Dan huwa impenn qawwi mill-Air Malta fil-konfront talpubbliku li jivvjaġġa u l-industrija, kemm għat-turisti li jżuru Malta kif ukoll għall-komunità Maltija lokali li ssiefer barra l-pajjiż. L-enfasi tagħna se tibqa’ fuq is-swieq u ajruporti ewlenin tal-bliet tar-Renju Unit, tal-Italja, tal-Ġermanja u ta’ Franza, filwaqt li se nżommu l-impenn tagħna, u tabilħaqq inkabbruh, f’rotot stabbiliti oħra. Eżempju partikolari huwa ttkabbir tagħna f’Lyon minn tnejn għal ħames servizzi fil-ġimgħa”, qal ic-Chairman Eżekuttiv tal-Air Malta David G Curmi.

Is-Sur Curmi żied jgħid, “aħna se nkomplu wkoll naħdmu mill-qrib mallinji tal-ajru sħab tagħna li jmexxu l-konnettività fl-ajruporti ċentrali Ewropej tagħna permezz ta’ ftehimiet ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi ma’ airBaltic, Air France, Austrian Airlines, Brussels Airlines, Czech Airlines, Emirates, ITA, KLM, Lufthansa, Qatar Airways, Swiss International Air Lines u Turkish Airlines”.

Roy Kinnear, l-Uffiċjal Kummerċjali Kap tal-Air Malta żied jgħid, “Is-swieq diġà bdew juru sinjali ta’ rkupru b’żieda fl-attività ta’ prenotazzjoni rreġistrata matul dawn l-aħħar ġimgħat u aħna kuntenti li qed nerġgħu nużaw b’mod sħiħ il-programm operattiv tal-ajruplani tagħna fil-livelli ta’ qabel il-COVID. Aħna kuntenti li qed nerġgħu nagħmlu titjiriet lejn London Gatwick kif ukoll lejn Madrid, żewġ rotot li sfortunatament kellna nabbandunaw minħabba l-pandemija. Matul dawn l-aħħar xhur, ħdimna qatigħ biex nistabbilixxu strateġija aktar b’saħħitha u estiża għall-bejgħ u d-distribuzzjoni, niffirmaw aktar ftehimiet ma’ rappreżentanti ewlenin tal-bejgħ f’diversi swieq u nniedu mill-ġdid is-sit web u l-magna talprenotazzjoni tagħna fost inizjattivi oħra. Jiena ninsab ottimist li dawn ilbidliet, flimkien ma’ domanda qawwija għall-ivvjaġġar din is-sena, se jkunu ta’ appoġġ għalina biex ikollna sajf mill-aqwa.”

Dan is-sajf l-Air Malta se tkun qed topera titjiriet diretti lejn Amsterdam, Berlin, Brussell, Catania, Dusseldorf, Ġinevra, Paris Charles De Gaulle, Paris Orly, Rome Fiumicino, London Gatwick, London Heathrow, Madrid, Milan Linate, Munich, Lyon, Praga, Vjenna, u Zurich.

Għal aktar informazzjoni żur airmalta.com, ċempel l-uffiċċju tal-bejgħ tal-Air Malta fuq +356 21662211, jew żur l-Uffiċċju tal-Bejgħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jew mill-aġent tal-ivvjaġġar ippreferut tiegħek.

-ends-

1